Tennis
Tennis US Open: Juan Martin del Potro fil-Kwarti tal-Finali

Tennis US OPEN: Juan Martin del Potro, is-seed numru tlieta fir-rankings mondjali għeleb b’mod faċli lill-Kroat Borna Coric b’sets ta’ 6-4, 6-3 u 6-1 biex għadda għall-Kwarti tal-Finali.

L-Arġentin kien f’forma mill-aqwa biex għeleb lis-seed numru 20 f’ħin ta’ sagħtejn.

Del Porto, champion tal-2009, imissu jilgħab kontra s-seed numru 11, John Isner tal-Amerka.

U fil-kategorija tan-nisa, iċ-champion renjanti Sloane Stephens għaddiet għall-Kwarti tal-Finali tal-US Open kontra l-Belġjana Elise Mertens b’sets ta’ 6-3, 6-3.

Stephens, li s’issa f’erba’ partiti fi Flushing Meadows għada ma tilfitx set, kienet tilfet kontra l-istess avversarju fis-Cincinnati Open fix-xahar li għadda. Iżda lbieraħ irnexxielha tirbaħ f’siegħa u 26 minuta.

Stephens, seed numru 3 fir-rankings mondjali, issa tilgħab kontra fil-kwarti tal-finali kontra Anastasija Sevastova tal-Latvja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ikompli l-mument tad-deheb tat-tennista Maltija ta’ 16-il sena Francesca Curmi meta baqgħet tavvanza u għaddiet għas-semifinali tal-Junior Doubles fl-Open tal-Awstralja. Curmi qed tilgħab f’koppja mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh. Fil-kwartifinali tal-lejl li…

Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, fil-kategorija tan-nisa, magħrufa s-semifinalisti kollha, bl-Amerikana Serena Williams tara l-ħolma tal-24 Grand Slam tgħib fuq il-court meta tilfet kontra ċ-Ċeka Karolina Pliskova b’2 sets għal wieħed. Kienet Pliskova…

Tennis

Jibdew il-kwartifinali fl-Open tal-Awstralja fejn fil-kategorija tal-irġiel diġa’ għandna l-ewwel semifinalist. Il-Grieg Stefano Tsitsipas t’20 sena rnexxielu jegħleb l-isfida tal-Ispanjol Roberto Bautista-Agut bi tliet sets għal wieħed, biex għall-ewwel darba…

Tennis

Tkompli l-avventura pożittiva tat-tennisti żgħażagħ Maltin Francesca Curmi u Helene Pellicano fl-Open tal-Awstralja, meta t-tnejn għaddew għall-kwartifinali tal-Junior Doubles. Francesca Curmi f’koppja mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh batew biex rebħu żewġ sets…

Aktar