Tennis
Tennis, US Open: Naomi Osaka l-ewwel Ġappuniża fl-Istorja li tasal sal-finali ta’ Grand Slam

Il-Ġappuniża Naomi Osaka saret l-ewwel tennista Ġappuniża fl-Istorja li waslet sa finali ta’ Grand Slam u li se tkun qed tilgħab kontra l-Amerikana Serena Williams.

Osaka għelbet fis-semifinali lil Madison Keys b’sets ta’ 6-2 u 6-4.

Osaka, kellu wirja kbira u approfittat minn diversi żbalji li bdet tagħmel Keys matul il-partita.

Il-Ġappuniża ta’ 20 sena se tkun qed tilgħab finali fi Flushing Meadows kontra t-tennista ta’ esperjenza kbira bħal Serena Williams li fil-karriera tagħha rebħet il-US Open 6 darbiet.

Min-naħa tagħha, Williams għelbet fis-semifinali l-oħra lil Anastasija Sevastova b’sets ta’ 6-3 u 6-0 biex issa resqet viċin li tirbaħ l-24 titlu Grand Slam fil-karriera tagħha.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Fil-finali tal-ATP f’Londra, Alexander Zverev irnexxielu jegħleb lis-seed numru wieħed Novak Djokovic f’żewġ sets, biex b’hekk il-Ġermaniż rebaħ l-aktar titlu importanti għalih s’issa fil-karriera. Fl-O2 Arena, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena,…

Tennis

Il-Pollakka Agnieszka Radwanska rtirat mit-tennis fl-età ta’ 29 sena minħabba raġunijiet ta’ saħħa. F’karriera ta’ 13-il sena, Radwanska rnexxielha tasal sal-post numru tnejn fis-seedings tan-nisa, u kienet l-ewwel tennista Pollakka…

Tennis

Fl-ATP Finals f’Londra, Marin Cilic irnexxielu jiġi minn wara biex għeleb lil John Isner b’ewġ sets għal wieħed. L-O2 Arena ma tantx hija l-favorita ta’ Cilic, tant li qabel ilbieraħ…

Tennis

Fl-ATP Finals li qegħdin isiru f’Londra, ilbieraħ fl-O2 Arena, Roger Federer għeleb l-isfida ta’ Dominic Thiem f’żewġ sets u għadda għar-rawnd li jmiss. Federer rebaħ is-sets 6-2, 6-3, u b’hekk…

Aktar