Tennis
Tennis – Venus Williams u Andy Murray jgħaddu għat-tieni rawnd tal-Open ta’ Wimbeldon

Il-ħames darbiet champion Venus Williams għaddiet għar-rawnd li jmiss fl-Open ta’ Wimbeldon għalkemm kellha mumenti dubjużi f’nofs il-logħba. Hija għelbet lir-Rumena Mihaela Buzarnescu fi tliet sets. L-ewwel sett rebħitu Williams 7-5, imma tilfet it-tieni wieħed 4-6. Fit-tielet u l-aħħar sett Venus Williams irkuprat u rebħitu 6-3. Din kienet l-ewwel rebħa tagħha f’Wimbeldon wara tliet snin.

Karolina Pliskova bdiet dan it-turnew b’rebħa fuq l-Islovena Tamara Zidansek 7-5, 6-4. Anke Elise Mertens għaddiet għat-tieni rawnd b’rebħa fuq il-Brittanika Harriet Dart 6-1, 6-3.

Passaġġ ukoll għall-Griega Maria Sakkari li rritornat fil-court wara t-telfa fis-semifinali tal-Open ta’ Franza, imma din id-darba għelbet lill-Olandiża Aranxta Rus 6-1, 6-1, f’inqas minn siegħa.

Fil-kategorija tal-irġiel, il-Brittaniku Andy Murray għadda għat-tieni rawnd f’pajjiżu meta għeleb lil Nikoloz Basilashvili fi tliet sets. Djokovic deher li ser ikollu passaġġ faċli għat-tieni rawnd wara li rebaħ l-ewwel żewġ sets 6-4, 6-3. Fit-tielet sett Basilashivili rkupra u rebħu 7-5, b’Murray jirbaħ ir-raba’ sett u jagħlaq il-logħba 6-3.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA