Tennis
Tennis: Vit Kopriva jegħleb lil Denis Shapovalov fit-tieni rawnd tal-Open tal-Iżvizzera

It-top seed tal-Open tal-Iżvizzera Denis Sahapovalov inħasad bi kbir hekk kif safa eliminat fi tliet setts kontra l-plejer numru 249 fir-rankings mondjali Vit Kopriva.

Fil-partita tat-tieni rawnd, Kopriva ma kien inferjuri qatt għall-avversarju tiegħu biex finalment rebaħ b’setts ta’ 2-6, 6-3 u 6-2.

Iktar kmieni dan ix-xahar, Shapovalov kien wasal sas-semifinali ta’ WImbledon qabel ma ġie eliminat miċ-Champion Novak Djokovic.

Kopriva jiltaqa’ fir-rawnd li jmiss kontra l-Iżvediż Mikael Ymer li min-naħa tiegħu għeleb lill-Ispanjol Felicano Lopez 6-7, 7-6 u 6-4.

Miktub minn...
TVM Sport