Tennis
Tennis, Wimbledon: Novak Djokovic fis-semifinali wara wirja kbira kontra David Goffin

Novak Djokovic, is-seed numru wieħed fir-rankings mondjali, irkupra minn bidu inċert u b’wirja mill-aqwa kkwalifika għas-semifinali meta għeleb lis-seed numru 21, il-Belġjan David Goffin.

Goffin deher l-aħjar plejer fil-bidu tal-konfront iżda spiċċa tilef b’sets ta’ 6-4, 6-0 u 6-2.

Il-plejer Serb, anki jekk deher qed ibati fil-bidu, żamm il-kalma u aktar ma għadda ħin aktar beda jirkupra biex spiċċa ma tiltifx set wieħed.

Djokovic tilef partita waħda f’tournament Grand Slam fl-aħħar 12-il xahar u għalih din se tkun id-disa’ semifinali fit-tournament ta’ Wimbledon.

Hu jiltaqa’ kontra r-rebbieħ minn Guido Pella u Roberto Batista Agut.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Ir-Russu Daniil Medvedev kellu wirja kbira u għeleb lil Alexander Zverev b’sets ta’ 6-4, 6-1 biex rebaħ ix-Shanghai Masters li għalih hu r-raba’ titlu tal-istaġun. Il-plejer Ġermaniż beda l-partita 4-0…

Tennis

Novak Djokovic għadda għall-kwarti tal-finali tax-Shanghai Masters wara li għeleb lil John Isner tal-Istati Uniti b’sets ta’ 7-5 u 6-2. Il-lejer numru wieħed fir-rankings mondjali ħa l-kontroll tal-partita b’services suċċessivi…

Tennis

Andy Murray irritorna wara l-operazzjoni li għamel f’ġenbu u rebaħ fl-ewwel rawnd tax-Shanghai Masters lil Juan Ignacio Londero tal-Arġentina. L-Ingliż, ex numru 1 fid-dinja, rebaħ b’sets ta’ 2-6, 6-2 u…

Tennis

Il-plejer numru wieħed fid-dinja Novak Djokovic, għall-ewwel darba fil-karriera, rebaħ l-Open tal-Ġappun. Dan kien is-76 titlu fl-Istorja. Djokovic iddomina din il-finali kontra John Millman tal-Awstralja u rebaħ b’sets ta’ 6-3…

Aktar