Tennis
Tennis – WTA tissospendi l-attivitajiet tagħha

Tennis. Il-Women’s Tennis Association issospendiet l-attivitajiet tagħha sat-tieni ġurnata ta’ Mejju hekk kif il-pandemija tal-Coronavirus kompliet tħalli ħerba sħiħa fil-kalendarju sportiv mondjali.
Kelliem għal din l-assoċjazzjoni qal li t-turnaments li kienu ppjanati fil-bliet ta’ Stuttgart, Istanbul u Praga mhux se jsiru.
Din l-assoċjazzjoni se tkun qed tieħu aktar deċiżjonijiet għall-kumplament tal-avvenimenti l-oħra ppjanati matul dan l-istaġun filwaqt li tkompli żżomm ruħha aġġornata bis-sitwazzjoni preżenti.
Matul din il-ġimgħa tħassar ukoll it-turnament magħruf bħala Indian Wells.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Parti mill-Billie Jean King National Tennis Center qiegħda tinbidel fi sptar temporanju bi 350 sodda għall-pazjenti infettati bil-coronavirus. Dan il-pass kellu jittieħed wara li r-riżorsi mediċi fil-belt ta’ New York…

Tennis

L-Iżvizzeru Roger Federer ingħaqad ma’ numru kbir ta’ persuni sportivi li qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-coronavirus. Federer flimkien ma’ martu, taw donazzjoni ta’ miljun Frank Żvizzeru lill-familji vulnerabbli fl-Iżvizzera li…

Tennis

Il-finali tal-Federations Cup ġew posposti għal data li trid titħabbar aktar ‘il quddiem. Dawn il-finali kellhom isiru f’Budapest, l-Ungerija, ix-xahar id-dieħel, filwaqt li diversi playoffs kellhom jintlagħbu fi bliet differenti…

Tennis

L-Organizzaturi tal-Open tal-Istati Uniti f’Indian Wells ikkanċellaw it-tournament ftit sigħat qabel kellu jibda t-Tlieta 10 ta’ Marzu. Wara li feġġew diversi każijiet ġodda tal-coronavirus fin-nofsinhar ta’ California, l-organizzaturi ddeċidew li…

Aktar