Tennis
Tennis: Zverev jegħleb lil Nishikori u javvanza għall-kwarti tal-finali tal-Open ta’ Franza

Alexander Zverev għeleb lil Kei Nishikori b’setts ta’ 6-4, 6-1 u 6-1 biex avvanza għall-kwartit tal-finali tal-Open ta’ Franza għat-tielet darba fil-karriera tiegħu.

Wera bidu kompetittiv fil-partita, il-Ġermaniż wera s-superjorità tiegħu aktar ma għadda ħin fil-partita biex rebaħ it-tieni u t-tielet sett b’faċilità kbira.

Zverev kellu 25 winner u ħa siegħa u 54 minuta biex ikkwalifika.

Issa jilgħab kontra l-Ispanjol Alejandro Davidovich Fokina li iktar kmieni għeleb lill-Aġrnetin Federico Delbonis b’setts ta’ 6-4, 6-4, 4-6 u 6-4.

 

Miktub minn...
TVM Sport