Tennis
Tennis: Zverev jegħleb lil Nishikori u javvanza għall-kwarti tal-finali tal-Open ta’ Ruma

Il-Ġermaniż Alexander Zverev ħa kważi tliet sigħat biex għeleb lil Kei Nishikori u avvanza għall-kwarti tal-finali fejn issa jiltaqa’ kontra Rafa Nadal li min-naħa tiegħu elimina lil Dannis Shapovalov.

Zverev rebaħ b’setts ta” 4-6, 6-3 u 6-4 mentri Nadal rebaħ b’setts ta’ 3-6, 6-4 u 7-6.

Is-seed numru 7, Andrey Rublev għeleb lil Roberto Bautista Agut b’setts ta’ 6-4 u 6-4.

Federico Delbonis tal-Arġentina avvanza wkoll wara rebħa kontra l-Kanadiż Felix Auger-Aliassime filwaqt li l-Amerikan Reilly Opelka għeleb lir-Russu Aslan Karatsev b’setts ta’ 7-6 u 6-4.

Miktub minn...
TVM Sport