Bowling
Tenpin Bowling: Caruana Scicluna u Frendo Duca jirbħu l-Platinum Cup

Justin Caruana Scicluna ta prestazzjoni impressjonanti matul it-tournament biex ħareġ rebbieħ den.

Wara li kkwalifika fir-raba’ post wara Dennis Mercieca, Matthew Magro u Damian Pisani, Caruana Scicluna spara l-fuq sa l-ewwel post fir-Round Robin b’ medja rekord ta ‘ 242 fuq 5 logħbiet, fejn titlef biss logħba waħda kontra Magro fil-proċess.

Magro spiċċa fit-2 post quddiem Mercieca, u għelbu fis-semifinali biex iffaċcja lil Caruana Scicluna fil-finali.

Magro baqa’ għaddej tajjeb fejn laghab logħba brillanti ta’ 276 kontra 228 ta’ Caruana Scicluna  fl-ewwel logħba, biex sforza decider.

Din kienet taqtiegħa sal-aħħar frejm, fejn Magro kellu bżonn 3 strikes  iżda falla t-tieni wieħed biex b’hekk Caruana Scicluna rebaħ 258 kontra 245.

Matthew Howard u Mark Spiteri spiċċaw fil-ħames u s-siit post rispettivament min 33 kompetitur.

Fl-kompetizzjoni tan-nisa,  Cynthia Frendo Duca kienet ikkwalifikat fit-3 post wara Sue Abela u Sarah Xuereb.

Imbagħad rebħet 4 minn 5 logħbiet fir-Round Robin biex tikkwalifika għall-finali fl-1 post, quddiem Abela u Tiziana Carannante.

Carannante rnexxiela telgheb lil Abela fis-semi-finali  (188-183) biex b’hekk iffaċċjat lil Frendo Duca.

Carannante rnexxielha tegħleb lil Frendo Duca fl-ewwel logħba (173-177) iżda mbagħad Frendo Duca rebħet lil Carannante fid-decider biex spiċċat rebbieħa tat-Tazza.

Joanna Attard, Sara Xuereb u Melissa Swift spiċċaw fl-4, il-5 u s-6 post rispettivament.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Team Malta se jkun irrappreżentat fil-MBC f’Pariġi f’April minn Abela u Caruana Scicluna, flimkien ma’ Mauro Anastasi u Sara Xuereb, li t-tnejn spiċċaw it-tieni fil-kwalifiki rispettivi tal-irgiel u tan-nisa. Il-kompetizzjoni…

Bowling

Iż-żagħżugħ Nicholas Muscat rebaħ it-Top 24, il-komeptizzjoni li tiftaħ l- staġun.  Din kienet kompetizzjoni li rat punteġġ għoli ħafna, fejn  Muscat, li għandu 15-il sena, beda b’ logħba baxxa ta’…

Bowling

Tenpin Bowling: Fl-Open ta’ Ġibilta’ il-player veterana Sue Abela kisbet riżultati pożittivi hekk kif spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija tal-veterani tan-nisa. Hi kellha medja tajba ta’ 203 punt. Fil-klassifika overall hi…

Aktar