Sport Lokali
Tenpin Bowling: Midalja storika għal Malta fit-Tazza tad-Dinja tas-Seniors

Il-bowler Malti Mark Spiteri rebaħ midalja storika tal-bronż għal Malta fit-Tazza tad-Dinja tas-Seniors f’Las Vegas, l-Istati Uniti.

Wara li spiċċa fit-tielet post minn 159 kompetitur minn wieħed u erbgħin pajjiż, Spiteri missu kontra l-bowler professjonali Amerikan Lennie Boresch u wara taqtigħa nteressanti kien ferm sfortunat li tilef bil-punteġġ minimu ta’ 246 għal 223.

Boresch baqa’ għaddej biex jirbaħ il-kompetizzjoni tas-Seniors meta għeleb lill-Kanadiż Michael Snow fil-finali.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'