Bowling
Tenpin Bowling: Tnejn fidda u waħda bronż fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tal-Mediterran
Tenpin Bowling: Jitla’ għal 10 t-total ta’ midalji mirbuħa mit-team Malti wara tmiem stupend fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat tal-Mediterran li kien qed isir f’Malta.  Wara r-rebħ ta’ tliet midalji fl-All Events il-bieraħ, it-team Malti rebaħ tliet midalji oħra fil-Masters li kienet l-aħħar kompetizzjoni fejn fiha jikkompetu l-aħjar tmien players irġiel u nisa fil-klassifika ġenerali fuq bażi ta’ Knock Out. Fil-Masters f’din l-aħħar ġurnata fis-sezzjoni Nisa midalja tal-fidda għal Sue Abela li waslet sal-finali meta tilfet kontra l-Franċiża Delphine Labille u Bronż għal Sara Xuereb li waslet sas-semi finali meta tilfet kontra l-istess player Franċiża. Mauro Anastasi irnexxielu jasal sal-finali u ħa l-midalja tal-Fidda wara li tilef kontra t-Tork Taygun Erkeskin li ħa d-deheb.
B’hekk Malta f’dan il-kampjonat Malta rebħet total ta’ 10 midalji, waħda tad-deheb, 6 fidda u 3 bronż.
Fost dawk li preżentaw il-midalji lir-rebbieħa kien hemm il-President tal-KOM Julian Pace Bonello u l-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar.
Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Nicholas Muscat u Juliana Bonanno rebħu l-kompetizzjoni tal-Gold Cup tal-bowling lokali. Bonanno, li kienet fuq quddiem mill-bidu nett, għelbet lil Amanda Cini fil-finali li kienet ferm missielta. Cini, li kella…

Bowling

Sue Abela reġgħet rebħet midalja oħra fil-karriera internazzjonali tagħha billi kisbet riżultat ieħor brillanti barra min xtutna, din id-darba fit tmien edizzjoni tat-Track ISBT Open fi Franza. Wara li Abela…

Bowling

Sara Xuereb rebħet midalja oħra fi Vienna meta spiċċat fit-tielet post fil-Masters tal-bowling li ntlgħabu fl-egħluq tal-Kampjonati Ewropej taż-żgħażagħ. Wara li kkwalifat fl-14 il-post minn 65 plejer, fl-ewwel logħba għelbet…

Aktar