Olimpijadi TOKYO 2020
Terremot jolqot Tokjo waqt li preżentatur sportiv Awstraljan kien f’xandira diretta

Preżentatur sportiv Awstraljan baqa’ jippreżenta hekk kif seħħ terremot fil-belt kapitali Ġappuniża, Tokjo.

Il-preżentatur ta’ Network Seven, Mark Beretta, qal lis-segwaċi tal-programm li d-dwal u l-camera kienu qed jiċċaqilqu għax kien qiegħed iseħħ terremot fil-pajjiż. It-terremot tkejjel b’qawwa ta’ 6.0 fuq l-Iskala Richter u laqat il-kosta tal-Ġappun, bl-Assojċazzjoni Metreoloġika Ġappuniża tgħid li ma kienx hemm theddida ta’ tsunami.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA