Sports Internazzjonali
Tgħid iħalluha tieħu sehem fl-Olimpjadi?

Il-kelba Holly hija s-sensazzjoni tal-mument. Din il-kelba żgħira, irnexxilha tidħol fit-track tal-iskola f’Logan, Utah, fl-Istati Uniti.

Fit-track kienet għaddejja r-relay tat-tfajliet 4×200, b’Holly tidħol fl-aħħar parti tat-tellieqa u rnexxielha taqbeż lill-atleti kollha. In-nies li kienu qed isegwu t-tellieqa tgħidx kemm ċapċpu u għajtu lil Holly, li rnexxielha tnaqqas distakk qawwi minn mal-atleta Gracie Laney li kienet fuq quddiem b’distakk komdu.

Fi tmiem it-tellieqa Holly għal ftit ma waqqgħetx lil Laney, u filwaqt li l-atleta kienet mogħtija r-rebħa flimkien mat-tim tagħha, il-kelba ġibdet l-ammirazzjoni tal-kulħadd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA