Futbol lokali
Tħabbret il-mewt tal-eks-referi Charles Scerri

Tħabbret il- mewt tal- eks-referi internazzjonali Charles Scerri. Il-karriera tiegħu fil-logħba tal- futbol kienet waħda twila. Huwa kien anke ingħata diversi inkarigi internazzjonali mill-aktar importanti, kemm lejn l-aħħar tas-snin sebgħin u anke fis-snin tmenin. Fost il- konfronti li saru taħt il-kontroll tiegħu nsibu Flamurtari Vlora kontra Barċellona lura fl-elf disa’ mija sitta u tmenin u il-konfront mill- ewwel rawnd tal- European Cup bejn Real Madrid u Moss FK f’Settembru tal- elf disgħa mija tmienja u tmenin. Minbarra li kien referi’, huwa kien inħatar ukoll osservatur tal- FIFA.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar