Futbol lokali
The Convenience Summer Cup: Żebbuġ Rangers fl-ewwel post

Żebbuġ Rangers qabżu fl-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Shop Summer Cup 2019 meta f’konfront ferm interessanti huma għelbu lil Mġarr United bl-iskor ta’ 4-2. Min-naħa l-oħra, Żejtun Corinthians ġejjin f’tagħhom meta kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 fuq San Ġwann.

Din kienet ir-raba’ ġurnata ta’ dan it-turnament u dik ta’ qabel tal-aħħar fejn ir-rebħ ta’ din il-kompetizzjoni se tkun missielta bejn Żebbuġ u Żejtun. Ir-Rangers għandhom vantaġġ ta’ tliet punti fuq il-Corinthians u għalhekk dro ikun biżżejjed għalihom biex jassiguraw ir-rebħ tat-tazza. Min-naħa l-oħra San Ġwann lagħbu l-erba’ logħbiet tagħhom u għalhekk temmew l-impenji f’din il-kompetizzjoni.

Kif għedna, Żebbuġ Rangers għelbu lil Mġarr United 4-2 f’partita ferm sabiħa li pproduċiet xejn anqas minn sitt gowls. It-tim immexxi minn Clive Mizzi kellu bidu ferm tajjeb u saħansitra stabilixxa vantaġġ doppju fl-ewwel 20 minuta bi Mġarr li ma qagħdux lura tant li naqsu l-marġni tal-iskor darbtejn għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kienu r-Rangers li ħadu t-tliet punti finali.

Huma marru fil-vantaġġ fis-7 minuta meta Muda Fagbeja temm azzjoni personali filwaqt li għeleb lill-gowlkiper avversarju. Fil-21 minuta, kien l-attakkant prolifiku Saturday Nanapere li approfitta minn clearance ħażina tad-difiża Mġarrija u b’xutt tajjeb għamilhom 2-0.

Żewġ minuti wara Mġarr naqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Lazar Doric bl-ewwel taqsima tintemm 2-1 favur Żebbuġ.

Fit-tieni taqsima, Żebbuġ baqgħu konsistenti u hawn daħal fix-xena Shawn Darmanin li f’temp ta’ għaxar minuti skorja doppjetta personali sabiex irrisponda għat-tieni gowl ta’ Lazar Doric u ssiġġilla r-riżultat finali 4-2 favur it-tim tiegħu.

Mas-suffara tar-referi, il-plejers u diriġenti Żebbuġin kienu ferm sodisfatti minn din ir-rebħa li tpoġġihom favoriti li jirbħu din il-kompetizzjoni li tiġi organizzata kull sena qabel ma’ jibda l-istaġun.

Fit-tieni partita Żejtun Corinthians ixxalaw u għelbu lil San Ġwann bl-iskor ta’ 5-0 sabiex laħqu lill-istess avversarji fit-tieni post tal-klassifika. Dawn tal-aħħar iddiżappuntaw ferm fejn wara żewġ riżultati pożittivi kellhom ibaxxu rashom għat-tieni telfa konsekuttiva u b’hekk temmew l-impenji tagħhom fuq nota morra.

Il-Corinthians għamlu l-affarijiet ċari sa mill-bidu tant li wara biss sitt minuti marru fil-vantaġġ permezz ta’ Rafael de Fex sabiex fit-18-il minuta, huma rduppjaw l-iskor grazzi għal Jurgen Suda.

Fis-27 minuta kien Joseph Ogonuppe li sab ix-xibka għall-Corinthians li għalqu l-ewwel taqsima 3-0 minn fuq.

Fit-tieni taqsima, il-pjan tal-logħba qajla nbidel tant li Żejtun skorjaw żewġ gowls oħra permezz ta’ Jurgen Suda fil-55 minuta u Joseph Ogonuppe fil-75 minuta li b’hekk għaqqad doppjetta personali.

KIF JINSABU

Żebbuġ Rangers 8, Żejtun Corinthians, San Ġwann 5, Qormi 4, Mġarr United 2

Logħob li jmiss – L-aħħar ġurnata

6.30pm – Żejtun Corinthians vs Mġarr United

8.30pm – Żebbuġ Rangers vs Qormi FC

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

F’kitba li tella’ fuq il-profil tiegħu ta’ facebook ftit tal-ħin ilu, Paul Zammit, ħabbar li m’għadux kowċ ta’ Gżira United. Zammit qal li wara diskussjonijiet mal-President Sharlon Pace, intlaħaq qbil…

Futbol lokali

L-ex plejer nazzjonali Noel Turner inħatar Direttur Tekniku tal-Youths ta’ Sliema Wanderers FC. Turner hu ex plejer u captain ta’ Sliema Wanderers FC li magħhom rebaħ kull unur possibbli fil-futbol…

Futbol lokali

Illejla l-MFA u l-President Bjorn Vassallo taw l-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fih ittieħdu l-voti dwar l-eżitiċi finali tal-klassifiċi. F’konferenza stampa ta’ aktar minn siegħa li…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00. Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2. Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara…

Aktar