Sports Internazzjonali
Theddida ta’ bomba lit-tim nazzjonali ta’ New Zealand

Theddida ta’ bomba lit-tim nazzjonali tan-nisa tal-cricket ta’ New Zealand. Din it-theddida waslet waqt li t-tim qed jipprepara sabiex jilgħab kontra l-Ingilterra f’Leicester matul il-ġurnata tat-Tlieta. Minn sorsi fl-Ingilterra ħareġ li ntbagħtet korrispondenza lill-Bord tal-Cricket tal-Ingilterra u Wales bit-theddida tal-bomba.

Jidher li fl-aħħar ġimgħat numru ta’ timijiet bdew jirċievu theddid simili, tant li l-Ingilterra mhijiex ser tieħu sehem fit-tour tal-Pakistan tax-xahar id-dieħel, u waqqfet lit-timijiet tal-irġiel u tan-nisa milli jikkompetu. Tlett ijiem qabel, l-istess New Zealand ikkanċellaw it-tour li kellhom jagħmlu madwar il-pajjiż minħabba problemi ta’ sigurtà.

Għalkemm it-theddida fl-Ingilterra diġà ġiet investigata u qed titqies bħalha mhux kredibbli, is-sigurtà mat-tim nazzjonali ta’ New Zealand żdiedet sew qabel il-logħba tal-lejla.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA