Futbol internazzjonali
Thiago Alcantara barra għal tliet ġimgħat

Il-midfielder ta’ Liverpool Thiago Alcantara se jibqa’ barra għat-tliet ġimgħat li ġejjin minħabba wġiegħ fil-pexxul.

Alcantara se jkun qed jitlef 3 partiti.

Alcantara, ta’ 30 sena, weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda li Liverpool rebħu kontra Crystal Palace bi skor ta’ 3-0.

Hu kellu jinbidel minn Napy Keita fit-62 minuta.

Illejla, Liverpool jilagħbu kontra Norwich fil-Carabao Cup qabel ma jmorru Brentford għall-partita tas-Sibt li ġej mill-Premier League Ingliż.

Miktub minn...
TVM Sport