Motorsport
Thierry Neuville jirbaħ ir-Rally ta’ Katalunja u tikber it-taqtiegħa bejn Ogier u Evans għall-aħħar rally tax-xahar id-dieħel

Thierry Neuville fuq il-Hyundai rebaħ ir-Rally ta’ Spanja, bil-ġlieda għar-rebħ tat-titlu tibqa’ sejra sal-aħħar stadju tar-rally li ser isir fl-Italja x-xahar id-dieħel.

Elfyn Evans fuq Toyota temm fit-tieni post biex naqqas id-distakk ta’ sieħbu tal-istess tim Sebastien Ogier għal 17-il punt.

Fir-Rally tal-Italja hemm b’kollox 30 punt x’jintrebħu, għaldaqstant l-isfida ser tkun b’saħħitha bejn Evans u Ogier fix-xahar id-dieħel.

Għal Ogier ir-Rally ta’ Spanja ma kienx daqstant sodisfaċenti meta temm fir-raba’ post wara Dani Sordo tal-Hyundai.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA