Olimpijadi TOKYO 2020
Thomas Bach ifaħħar lill-organizzaturi tal-Olimpijadi

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, Thomas Bach, qal li l-Olimpjadi ta’ Tokjo kienu suċċess kbir minkejja li l-pandemija tal-COVID-19 kienet ta’ theddida kbira.

Back qal dan id-diskors ftit qabel iċ-ċerimonja tal-għeluq.

Huwa qal li l-ikbar dispjaċir kien li l-pubbliku ma setax jattendi kif sar normalment f’dawn l-aħħar snin f’kull edizzjoni.

Bach faħħar lill-organizzaturi li laqgħu sew għat-tixrid tal-coronavirus.

Huwa faħħar l-atleti li qal li xorta taw emozzjonijiet kbar lis-segwaċi tagħhom madwar id-dinja.

Bach wiegħed Olimpjadi isbaħ u aħjar tliet snin oħra f’Pariġi.

 

Miktub minn...
TVM Sport