Futbol internazzjonali
Thomas Tuchel jgħid li l-futur tiegħu ma’ PSG qatt ma kien f’diskussjoni

Thomas Tuchel, il-kowċ ta’ Paris St Germain, irrisponda lill-ġurnalisti Franċiżi minn xita ta’ kritika li ġiet fuqu wara li t-tim tiegħu beda l-kampjonat Franċiż b’żewġ telfiet.

Tuchel warrab kull spekulazzjoni li qiegħed f’riskju li jitkeċċa mill-kariga tiegħu.

Paris St Germain għaddejjin minn żmien diffiċli wara li l-Ħadd filgħaxija tilfu kontra Marseille f’darhom, f’partita li fiha tkeċċew ħames plejers.

Tuchel qal li kemm ilu fil-kariga qatt ma ġie avviċinat mit-tmexxija biex jiddiskuti l-pożizzjoni tiegħu.

PSG tilfu l-finali tal-aħħar edizzjoni tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munich.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

SUPER CUP EWROPEA 2020 Bayern Munich….2 Sevilla……………….1 (wara l-ħin barrani) Bayern Munich rebħu s-Super Cup Ewropea meta fil-partita li tnlagħbet f’Budapest, fl-Ungerija, għelbu lil Sevilla bi skor ta’ 2-1, bil-gowl…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

Zlatan Ibrahimovic hu l-aħħar vittma li ttesjta pożittiv għall-coronavirus. Ibrahimovic kellu bidu mill-aqwa għal Milan u skurja ż-żewġ gowls kontra Bologna fl-ewwel partita tas-Serie A. F’test li sar fuqu kontra…

Plejer tal-futbol fl-Estonja kiser rekord dinji hekk kif inbidel wara 13-il sekonda biss wara l-kick-off tal-partita. L-inċident seħħ lill-plejer ta’ 16-il sena Lauri Supp tat-tim ta’ Kalju li kienu qed…

Aktar