
Dalgħodu ngħata bidu għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race fejn minkejja li bi flotta mnaqqsa, nofs id-daqs ta ‘dawn l-aħħar snin, kien diffiċli li ma tinħasx l-emozzjoni u l-atmosfera tal-bidu Rolex Middle Sea Race. Ħamsin jott maqsuma f’seba taqsimiet qed jieħdu sehem f’din l-edizzjoni. Minħabba l-isfond tal-pandemija globali, din timmarka kisba notevoli għall-organizzaturi, ir-Royal Malta Yacht Club, u t-tim ta’ voluntiera professjonali tiegħu.
Ftit tal-ħin ilu l-maġġor parti tal-flotta kien qed jgħaddi lejn Capo Passero fit-tarf tax-xlokk ta’ Sqallija. B’mod impressjonanti, il-multihull ewlieni, Maserati (ITA), kien ħdejn il-fanal tal-Gżira ta Capopássero fit-tlieta neqsin kwart, ftit aktar minn sagħtejn u nofs wara l-bidu tal-kategorija li qed jieħu sehem fiha.
Ir-riħ ta’ forza 4 mill-majjistral kien biżżejjed biex tippermetti lill-ekwipaġġi jitilqu b’faċilità relattiva.