Tibda t-tellieqa tal-qdif fl-Oċean Atlantiku

Madwar 30 tim minn 12-il pajjiż differenti, ilbieraħ bdew it-Talisker Whisky Atlantic Challenge, fejn iridu jaqsmu l-Oċean Atlantiku minn La Gomera fil-Gżejjer Kanari sakemm jaslu s’Antigua.

Din it-tellieqa hija twila 3,000 mil u huwa mistenni li t-tim rebbieħ jasal f’Antigua f’madwar 30 ġurnata, bl-aħħar tim probabbli jasal sal-port mat-tliet xhur oħra.

Is-sena li għaddiet, it-tim ta’ Four Oarsmen, kienu wettqu rekord ġdid meta lestew it-tellieqa f’29 ġurnata u allura għandhom ir-rekord dinji f’idejhom. Fit-tellieqa ta’ din is-sena hemm timijiet bħalma huma Row for the Ocean, Wolfpack, kif ukoll it-Team Antigua Island Girls. Matul din it-tellieqa, il-qaddiefa jesperjenzaw ftit minn kollox, minn maltempati tropikali, mewġ għoli 40 pied u sħana li taqli l-ġrieden.

Il-qaddiefa ser ikunu fil-baħar bejn 30 u 90 ġurnata, fejn għall-ewwel darba hemm timijiet li jinsabu b’ħames qaddiefa, imbagħad oħrajn b’erbgħa, bi tlieta, u anke timijiet ta’ tnejn u qaddiefa waħedhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Marcelo Brozovic, il-plejer Kroat ta’ Inter, kellu l-liċenzja tas-sewqan irtirata wara baqa’ għaddej minn fuq it-traffic lights meta kienu mixgħula fuq l-aħmar. L-aħbar ħarġet fil-media Taljana. Brozovic twaqqaf mill-Pulizija fiż-żona…

Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ it-tieni Grand Prix tal-istaġun f’dominju assolut meta telaq mill-Pole Position u baqa’ fl-ewwel post sal-aħħar. Hamilton għamel ħin ta’ 1.22.50.683. It-tieni Grand Prix tal-istaġun saret fiċ-ċirkwit Red…

Badminton

Owen Grech ġie kkonfermat bħala President ta’ Badminton Malta għas-sentejn li ġejjin wara li serva bħala President Interim għal dawn l-aħħar xhur. Dan seħħ waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Badminton…

Atletika

Fit-trakka tal-atletika Matthew Micallef St John ilbieraħ kienet ċelebrazzjoni ta’ ferħ għal 121 atleta ta’ etajiet tal-kategoriji ta’ taħt it-12, l-14 u s-16-il sena. Għal ftit minnhom, speċjalment fl-U12, kienet…

Aktar