Futbol lokali
Il-Kampjonat BOV Premier itterminat

L-Eżekuttiv tal-Malta Football Association iddeċida b’mod unanimu li jittermina l-kampjonat BOV Premier u anke l-kompetizjoni tal-FA Trophy tal-istaġun 2019/20. Id-deċiżjoni ttieħdet waqt laqgħa li saret b’mod virtwali u li għaliha attendew il-membri kollha tal-Eżekuttiv. Fil-laqgħa li tmexxiet mill-President tal-MFA Bjorn Vassallo kien spjegat li l-Avviż Legali numru 101 għadu fis-seħħ, avviż li jistipula li l-faċilitajiet sportivi kien għadhom ma jistgħux jiftħu.

Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti ta rendikont waqt il-laqgħa tal-korrispondenza kollha li l-MFA irċeviet mill-UEFA u ssemmiet il-korrispondenza li saret bejn il-Clubs u l-MFA kif ukoll isemma l-fatt li l-MFA ippreżentat il-protokoll mediku kif kienet mitluba tagħmel lill-Awtoritajiet tas-saħħa

Il-Kampjonati l-oħra tal-MFA mill-ewwel diviżjoni ‘l isfel kienu diġa’ terminati.

Issa jmiss li fil-jiem li ġejjien tkun organizzata laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li fiha trid ttieħed deċiżjoni importanti oħra dik jekk ikunux assenjati jew le l-verdetti skond il-klassifika qabel ma’ twaqqfu l-kampjonati fosthom jekk hux it-teams li kienu l-ewwel fil-klassifika jkunux dikjarati Champions u jekk isirux promozzjonijiet u relegazzjonijiet tad-diviżjonijiet kollha. Għadu mhux magħruf metra se tisejjaħ din il-laqgħa.

L-MFA fi stqarrija qalet li illum l-uffiċjali tal-MFA astjenew milli jivvutaw hekk kif se jastjenu milli jivvutaw ukoll meta se jittieħed il-vot fil-Kunsill.

Miktub minn...
TVM Sport
.