Rugby
Tifla ċkejkna teħlisha ħafif waqt logħba rugby

Waqt logħba rugby, iċ-ċkejkna Pippa tista’ tgħoddha b’waħda meta ħarbet minn idejn missierha u daħlet fil-grawnd fejn kien qiegħed jintlagħab il-konfront. Il-logħba kienet tal-Victorian Amateur Football Association, b’St Bernards kienu qegħdin jilagħbu kontra Old Melburnians. Kien waqt din il-logħba li t-tifla ta’ sentejn, Pippa Biggs, irnexxielha tidħol tiġi fil-grawnd. Il-plejer ta’ St Bernard’s, Alex McLead, mill-ewwel induna bil-passi taċ-ċkejkna fil-grawnd u filwaqt li ħalla l-logħba għaddejja, qabad lit-tifla u ħariġha ‘l barra mill-grawnd ħdejn missierha. F’kummenti li ta lill-midja Awstraljana, missier it-tifla qal li Pippa hija kemmxejn imqarba u attiva ħafna, u kien għalhekk li ħarbet minn taħt għajnejh u daħlet fil-grawnd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Il-World Rugby kkonferma li uffiċjaliżża l-proċċess ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby li se ssir fi Franza fis-sena 2023. B’kollox din l-edizzjoni se jkollha l-parteċipazzjoni ta’ 20 team li minnhom 12…

Rugby

L-ex captain ta’ Franza Jefferson Poirot irtira mill-karriera internazzjonali tar-rugby. Ta’ 27 sena, Poirot qal li tilef il-motivazzjoni. Poirot qal li ilu jaħseb dwar din id-deċiżjoni mit-telfa fil-kwarti tal-finali tat-Tazza…

Rugby

L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby se jneħħu terz mill-impjegti tagħhom biex jilqgħu għall-impatt negattiv li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19. L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby ħabru li 47 impjegat minn 142 full-timer se jkunu qed itemmu…

Rugby

Rugby: L-Arġentin Agustín Pichot ikkonferma li hu rriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Viċi President tal-World Rugby kif ukoll minn rappreżentant ta’ pajjiżu fil-kunsill. Ir-Riżenja tiegħu waslet wara ftit jiem fejn hu kien…

Aktar