Sport Lokali
Tiftaħ il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima flimkien ma’ SportMalta fetħu s-separju għall-bidu tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport li se tkun organizzata fil-kumpless sportiv tal-Qroqq. Din l-attività timmarka l-għeluq tal-programm tant popolari mal-Maltin,Summer on the Move.

L-ewwel avveniment għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport ingħata l-bidu tiegħu l-bieraħ b’diversi attivitajiet għal nies ta’ kull età fil-pixxina u fil-faċilitajiet tal-madwar. Barra l-logħob tal-ilma hemm ukoll ġinnastika, żfin, qdif u ħafna sport ieħor.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima ltaqa’ mal-coaches u mal-parteċipanti u qal li l-programm Summer on the Move laħaq in-numru ta’ 7,000 parteċipant b’iktar minn 400 sessjoni fil-ġimgħa mmexxija minn iktar minn 400 għalliem u coach kwalifikat u li huma dedikati biex joffru servizz ta’ kwalità.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta s-Sur Mark Cutajar spjega li din hija l-ħames edizzjoni u li ser tkun differenti għax SportMalta ser toħroġ mill-faċilitajiet tagħha u torganizza diversi attivitajiet f’lokalitajiet differenti, dan sabiex tagħti aktar ċans lin-nies jieħdu sehem viċin darhom. Ħafna mill-attivitajiet huma ffukati bejn l-20 u t-28 ta’ Settembru li ġej. Hu qal li din l-edizzjoni wkoll qed issir issir inizzjattiva ta’ ġbir ta’ fliexken tal-plastik biex inħarsu wkoll l-ambjent.

SportMalta huwa l-koordinatur nazzjonali tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport f’Malta, fejn għall-ħames sena konsekuttiva qed jitħejja programm vast u intensiv ta’ attivitajiet sportivi li se jilħaq il-gosti ta’ kulħadd.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Table Football

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġie organiżżat it-turnament internazzjonali, il-Grand Prix tal-Belġju. Is-Sibt ġew organiżżati l-kompetizzjonijiet individwali.  Żewġ plejers ta’ Valletta Subbuteo Club ħadu sehem fil-kategorija Open. Derek Conti u…

Ċikliżmu

L-Isloven Primoz Roglic rebaħ il-Vuelta a Espana 2019. Wara li l-Ħadd intemm il-21 stadju ta’ dan it-Tour, Roglic spiċċa fuq quddiem fil-klassifika ġenerali u sar l-ewwel Sloven li rebaħ Grand…

Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez fuq mutur Honda rebaħ il-Grand Prix tal-lum li sar f’San Marino u resaq iktar viċin li jirbaħ it-titlu ta’ champion ta’ din is-sena dan hekk…

Aktar