Olimpijadi TOKYO 2020
Tiġi fi tmiemha l-ewwel esperjenza ta’ Sasha Gatt f’Olimpjadi

Sasha Gatt temmet l-impenji tagħha fl-Olimpjadi ta’ Tokjo meta llum ħadet sehem fl-ewwel heat tal-1,500 metru freestyle. Gatt kienet qed tikkompeti fiċ-Ċentru Akwatiku ta’ Tokjo kontra Katrina Bellio tal-Kanada u Arianna Valloni ta’ San Marino.

Gatt temmet fit-tielet post b’ħin ta’ 16-il minuta 57.47, 18.72 sekondi ‘l bogħod mir-rekord nazzjonali li jinsab f’idejha.

Katrina Bellio rebħet il-heat f’ħin ta’ 16-il minuta 24.37 sekondi.

L-aqwa tmien għawwiema minn ħames heats differenti jagħmluha għall-finali, biċ-ċans ta’ rebħ ta’ midalji.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA