Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Clint Vassallo jirbaħ it-tieni tappa tal-kampjonat tal-Mediterran fir-Rumanija

Hekk kif kmieni illum wara nofsinhar saret it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran fil-korsa ta’ Ploiesti r-Rumanija, is-sewwieq Malti Clint Vassallo rnexxielu ħareġ rebbieħ anki jekk ma kellux wieħed miż-żwiemel l-aktar favoriti.

Fit-tisħin, iż-żiemel tilef nagħla u għalhekk għat-tiġrija ttieħdet deċiżjoni li jigri mingħajr nagħal filwaqt li Vassallo ddeċieda li jgħollieh fuq il-mollatura sabiex ikun aktar ibbilanċjat.

Kien fl-aħħar 500m li Vassallo beda jattakka liż-żewġ żwiemel ta’ quddiemu sabiex ħareġ rebbież biż-żiemel numru 6 Zanderigo.

Din kienet l-ewwel darba li saret tappa ta’ dan il-Kampjonat fir-Rumanija u kienet ukoll l-ewwel rebħa għal Clint Vassallo barra minn Malta.

Hekk kif Malta rebhet l-ewwel zewg tappi minn dan il-Kampjonat ninsabu nokkupaw l-ewwel post tal-klassifika bit-tappa li jmiss issir fil-11 t’Awissu fil-korsa ta’ Ufa r-Russja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Nhar is-Sibt li ġej is-sewwieq Julian Farrugia se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Prix de Rencontres Internationales li għall-ewwel darba se tkun qed issir fil-korsa ta’ Wallonie Mons il-Belġju. Din…

Żwiemel

Id-19 il-edizzjoni tat-Tazza tal-President se ssir nhar il-Ħadd 27 t’Ottubru bl-aħħar dettalji jitħabbru llum wara nofsinhar fil-preżenza tas-sidien li għandhom it-tnax il-żiemel finalist. Din il-finali bħas-soltu se tkun taħt il-Patronċinju…

Żwiemel

Nhar il-Ħamis li ġej is-sewwieq Michael Ellul se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Amateurs li se jsir fil-korsa ta’ Dagfling fi Munich il-Ġermanja. Din hija l-ewwel darba…

Aktar