Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Essential Quality jirbaħ il-Belmont Stakes

Iż-żiemel Essential Quality taffa għad-diżappunt tal-Kentucky Derby meta lbieraħ irnexxielu jirbaħ il-Belmont Stakes li saret f’Belmont, fi New York.

Essential Quality għadda lill-favorit Hot Rod Charlie billi nqala’ mir-raba’ post u mar fuq quddiem bi ftit, biex misjuq minn Luis Saez, rebaħ b’tul u nofs.

Ir-rebbieħ tal-Preakness Stakes, iż-żiemel Rombauer, temm fit-tielet post.

 

Miktub minn...
TVM Sport