Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: : Għada l-Ħadd isiru s-seba’ finali tal-Kampjonat tas-Sajf

Għada jsiru s-seba’ finali tal-Kampjonat tas-Sajf li għar-raba’ sena konsekuttiva se jsiru grazzi għas-sostenn finanzjarju tal-konsorzju Marsa Race Track Limited.

Din is-sena dan il-kampjonat sar fuq żewġ legs fejn iż-żwiemel kellhom il-possibilità li jiġru darba fuq id-distanza 2140m u darba fuq id-distanza 2640m.

Saru b’kollox 6 programmi għal total ta’ 53 tiġrija maqsuma f’seba’ kategoriji fejn iż-żwiemel ingħataw punti skont kif spiċċaw f’kull tiġrija mill-ewwel sa’ l-għaxar post.

L-aktar tnax-il żiemel f’kull kategorija li ġabar punti kellu d-dritt li jipparteċipa fil-finali.

Is-seba’ finali se jsiru fuq distanza ta’ 2140m u barra t-trofej b’kollox se jitqassmu aktar minn €10,000 fi premjijiet.

L-ewwel tiġrija tibda fis-7:00pm.

 

Miktub minn...
TVM Sport