Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Il-ġerrej Pierre-Charles Boudot sospiż 3 xhur wara allegazzjonijiet fuqu dwar rape

Fi Franza għadha kemm ħarġet l-aħbar xokkanti li wieħed mill-aqwa ġerrejja tat-tiġrijiet taż-żwiemel tal-galopp, Pierre-Charles Boudot, ġie sospiż għal 3 xhur minn France Galop wara allegazzjonijiet serji li ħarġu fuqu relatati ma’ rape.

Boudot, li fl-aħħar jiem għamel ukoll jumejn arrestat, se jkun akkużat fil-Qorti li f’festin li sar fi Frar li għadda f’Cagnes-sur-Mer, siker u attakka mara sesswalment.

Boudot, ta’ 28 sena, rebbieħ tliet darbiet tal-unur tal-aqwa ġerrej fi Franza tat-tiġrijiet tal-galopp, kien rebaħ il-Prix de l’Arc de Triomphe li saret Waldgeist fl-2019.

Il-ġerraj ċaħad dawn l-akkużi.

 

Miktub minn...
TVM Sport