Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Il-Kampjonat tas-Sajf jibda l-Ġimgħa 3 ta’ Lulju, il-pubbliku jista’ jattendi

Wara waqfa ta’ kważi 4 xhur dovuta għall-pandemija Covid19, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju se jitkompla l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel hekk kif jibda l-Kampjonat tas-Sajf.

L-MRC ħabru li għat-tielet sena konsekuttiva, il-finali ta’ dan il-kampjonat se jkunu qed jiġu sostenuti finanzjarjament mill-grupp MRTL li huwa l-konsorzju immirat li fil-futur qarib se jkun qed jieħu f’idu l-iżvilupp tal-korsa tal-Marsa.

L-istennija għal dan il-kampjonat hija waħda kbira hekk kif is-sidien u l-ġerrejja ilhom issa jippreparaw iż-żwiemel tagħhom għal diversi ġimgħat u xiehda ta’ dan hija l-kitba qawwija li kien hemm tant li għall-ewwel fażi ta’ dan il-kampjonat se jkunu qed isiru 4 programmi u mhux 3 kif kien previst.

Total ta’ 461 żiemel fosthom 67 ġodda se jiġru fi 32 tiġrija fejn dawn jiġu allokati punti skont l-ordni tar-riżultat uffiċjali.

Matul dan il-kampjonat li l-finali tiegħu huma programmati għall-Ħadd 16 ta’ Awissu, kull żiemel jista jiġri massimu ta’ tliet tiġrijiet. Iż-żwiemel se jkunu qed jiġru f’seba’ kategoriji differenti u dawk iż-żwiemel li jkollhom l-akbar ammont ta’ punti f’kull kategorija jakkwistaw id-dritt li jiġru fil-finali.  Kull finali tkun tikkonsisti fi 12-il żiemel.

It-Tlieta wara nofsinhar kien ikkonfermat li l-pubbliku se jkun jista jattendi għal dawn it-tiġrijiet u għalhekk qed nisperaw li bħal dejjem l-attendenza tkun waħda tajba.

L-ewwel tiġrija tibda fis-7:00 pm.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Tiġrijiet taż-żwiemel: Għada l-Ħadd tibda l-akbar kompetizzjoni fil-kalendarju tat-trott Malti hekk kif isiru l-heats tal-BOV Tazza l-Kbira. Għalkemm din il-kompetizzjoni qed issir kważi sitt xhur aktar tard milli previst minħabba…

Iż-żiemel Authentic rebaħ il-Kentucky Derby li saret ilbieraħ f’Churchill Downs. Authentic mar fuq quddiem biex żamm il-kmand sal-aħħar fuq il-favorit Tiz the Law. Iż-żiemel Authentic kien misjuq minn John Velazquez…

Tiġrijiet taż-żwiemel: L-Organizaturi tal-Kentucky Derby kkonfermaw li mhux se jitħallew nies jattendu għall-edizzjoni ta’ din is-sena li se ssir iss fil-5 ta’ Settembru 2020. Dan l-avveniment is-soltu jsir fl-ewwel Sibt…

Nhar il-Ħadd li ġej fil-Korsa tal-Marsa se jsiru 7 finali mill-Kampjonat tas-Sajf MRTL f’ċirkostanzi straordinarji fejn filwaqt li s-soltu nkunu qed nistennew folla ta’ madwar elfejn ruħ minħabba r-restrizzjonijiet imposti…

Aktar