Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Imut il-ġerrej Liam Treadwell

Tħabbret il-mewt ta’ Liam Treadwell, ġerrej popolari fir-Renju Unit.

Hu kellu 34 sena.

Treadwell jibqa’ famuż l-aktar għar-rebħa li kien għamel biż-żiemel Mon Mome, kwotat 100 għal 1, fil-Grand National tal-2009, f’Aintree.

Treadwell kien diġà rtira fi Frar 2018 iżda kien reġa’ rritorna fl-aħħar xhur.

Hu qed jibqa’ mfakkar mill-komunità tat-tiġrijiet taż-żwiemel fl-Ingilterra bħala persuna edukat, ferħan, qalbu tajba u kuraġġuż.

Il-kawża tal-mewt ta’ Treadwell għadha mhux magħrufa.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Wara waqfa ta’ kważi 4 xhur dovuta għall-pandemija Covid19, nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju se jitkompla l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel hekk kif jibda l-Kampjonat tas-Sajf. L-MRC ħabru li għat-tielet sena konsekuttiva,…

Żwiemel

Jirritornaw it-tlielaq taż-żwiemel fl-Istati Uniti. Fil-Belmont Park ta’ New York kulħadd kien qiegħed iħares lejn iż-żiemel Fauci, li iżda sfortunatament iddiżappunta lil dawk li lagħbu fuqu għaliex spiċċa fit-tieni post…

Żwiemel

Il-ġerrejja se jkunu qed isuqu liż-żwiemel lebsien maskra, jekk it-tiġrijiet ikomplu. Dan ħareġ mill-protokolli tal-Awtorità Ingliża tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Jekk il-Gvern Ingliż jagħti l-permess biex it-tiġrijiet taż-żwiemel jitkomplew, l-ewwel laqgħa tal-istaġun…

Futbol internazzjonali

Il-Ġurnal Sunday Times ta’ Londra illum ippublika rapport tal-kumpanija Edge Health li tanaliżża l-ħidma u l-istatistika tal-NHS, fejn din il-kumpanija ħarġet bil-konklużjoni li l-logħba taċ-Champions League bejn Liverpool u Atletico…

Aktar