
Żwiemel

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Imut is-sewwieq Frans Tanti li ftit qabel kien qed isuq id-debba tiegħu fil-Marsa
Niket fost id-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel hekk kif tħabbret il-mewt tas-sewwieq u sid Frans Tanti magħruf bħala ‘Il-Bugi’. Aktar kmieni llum Tanti kien qed jieħu sehem f’tiġrija numru 5 tal-klassi Bronż bid-debba Staro Lets’s Dance li flimkien kienu nvoluti f’inċident.
Wara dan l-inċident kemm Tanti u anke d-debba tiegħu dehru f’kundizzjoni tajba tant li l-anqas ma kien hemm bżonn l-intervent mediku tal-uffiċjali tal-Ambulanza.
Ftit wara Tanti jidher li ħassu ħażin fl-istalla tiegħu u ġie ċertifikat mejjet fuq il-post.
TVM Sport iwassal il-kondoljanzi lill-familja Tanti.

