Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: It-Tazza tad-Dinja ta’ Dubai posposta minħabba l-coronavirus

It-Tazza tad-Dinja tat-tiġrijiet taż-żwiemel li ssir f’Dubai ġiet posposta wkoll minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

It-tiġrija taż-żwiemel ta’ Dubai hi waħda mill-iktar tiġrijiet prestiġġjużi fil-kalendarju annwali tat-tiġrijiet taż-żwiemel u li tinvolvi miljuni kbar ta’ flus.

It-tiġrija ta’ din is-sena kellha ssir is-Sibt 28 ta’ Marzu fil-Meydan Racecourse ta’ Dubai.

Din kellha tkun il-25 edizzjoni tat-tiġrija li fiha hemm involuti 35 miljun dollaru.

Is-sena li għaddiet, iż-żiemel Thunder Snow sar l-ewwel żiemel li rebaħ din it-tiġrija darbtejn meta żamm it-titlu wara photo finish maż-żiemel Gronkowski.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club iddeċieda li sabiex is-sidien taż-żwiemel ikunu jistgħu jippjanaw it-taħriġ taż-żwiemel tagħhom, jagħti data ta’ sa meta qed jantiċipa li t-tiġrijiet se jibqgħu sospiżi minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid19….

Żwiemel

Sebgħa u għoxrin veterinarju, trainers u distributuri tal-mediċini kienu akkużati b’sensiela t’akkużi relatati mad-doping fit-tiġrijiet taż-żwiemel. F’industrija li huwa stmat li tagħmel madwar $100 biljun fis-sena, din hija daqqa ta’…

Żwiemel

Is-Sibt filgħaxija iż-żagħżugħ Jason Zahra ħa sehem fit-tazza Ewropeja tal-Amateurs fil-Korsa ta’ Vincennes Pariġi. Ħadu sehem ħmistax-il sewwieq minn pajjiżi differenti wara li kien hemm żiemel skraċċjat. Għal Zahra din…

Żwiemel

Nhar is-Sibt wara nofsinhar is-sewwieq iż-żagħżugħ Jason Zahra se jkun qed jagħmel id-debutt internazzjonali tiegħu hekk kif se jkun wieħed mis-sittax il-parteċipant fit-Tazza ta’ l-Amateurs fil-Korsa ta’ Vincennes Pariġi. Zahra…

Aktar