Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Kampjonat Dinji Sewwieqa Professjonali bis-Serkin

Bejn l-24 u l-31 ta’ Mejju fl-Isvezja ser ikun qed isir il-Kampjonat Dinji għal sewwieqa professjonali bis-serkin fejn Malta ser tkun irrappreżentata minn Rodney Gatt li s-sena l-oħra irnexxielu jkun l-ewwel sewwieq Malti li jikkwalifika għal din il-kompetizzjoni prestiġjuża hekk kif spiċċa fis-6 post tal-Kampjonat Ewropew għas-sewwieqa professjonali.

Sentejn ilu dan il-Kampjonat kien sar il-Kanada fejn għall-ewwel darba fl-istorja Malta kienet irrappreżentata minn Noel Baldacchino li kien mistieden jipparteċipa wara li s-sewwieq Ġermaniż kien irtira l-parteċipazzjoni tiegħu. Baldacchino kien kellu prestazzjoni eċċellenti fejn irnexxielu jirbaħ tiġrija u spiċċa fis-sitt post overall.

Tnax il-sewwieq minn 11 il-pajjiż fi tliet kontinenti ser ikunu qed jipparteċipaw f’dan il-Kampjonat li jikkonsisti f’24 tiġrija li ser isiru f’ħames koros differenti. Dawn l-24 tiġrija ser ikunu kollha bit-trot iżda s-sewwieqa ser ikunu qed isuqu fihom anke żwiemel kallblads.

Is-sewwieqa parteċipanti, apparti Rodney Gatt, ser ikunu c-Champion tad-Dinji renjanti James MacDonald kif ukoll Rick Ebbinge (Olanda), Mika Forss (Finlandja), Yannick Gingras (Stati Uniti), Eirik Hoitomt (Norveġja), Todd McCarthy (Awstralja), Doug McNair (Kanada), Michael Nimczyk (Ġermanja), Franck Nivard (Franza), Ulf Ohlsson (Svezja) u Matthew Williamson (New Zealand).

Rodney Gatt ser iħalli Malta l-Ħamis filgħodu bl-ewwel impenn tiegħu ikun fil-korsa ta’ Solvalla l-Ġimgħa wara nofsinhar bi tliet tiġrijiet.

Gatt ser ikun akkumpanjat minn Lorraine Cunningham inkarigata mir-relazzjonijiet pubbliċi u l-midja fi ħdan il-Malta Racing Club fejn kuljum ser tkun qed taġġorna l-midja lokali b’dak kollu li jkun qed jiġri matul dan il-kampjonat ferm importanti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Hekk kif dħalna fil-ħames ġurnata b’ħames tiġrijiet oħra, qed jidher biċ-ċar li l-kompetizzjoni hi waħda ħarxa u l-aħħar ġurnata se tkun waħda determinanti. Kmieni l-Erbgħa filgħodu, it-12-il kompetitur marru f’Rattvik…

Żwiemel

Quddiem numru sostanzjali ta’ partitarji Maltin, is-sewwieq Rodney Gatt irnexxielu jirregistra l-ewwel rebħa tiegħu fil-Kampjonat tad-Dinja għal sewwieqa ġrofessjonali bis-serkin. Hekk kif il-kompetizzjoni daħlet fit-3 ġurnata tagħha, it-12 il-sewwieq kienu…

Żwiemel

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Board Room tal-Malta Racing Club, is-sidien taż-żwiemel finalisti fil-BOV Tazza l-Kbira, tellgħu l-polza tan-numri tat-tluq wara l-karozza. Biex intagħżlu t-12-il finalist, segwejna proċess ta’ sitt…

Aktar