Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Medina Spirit eliġibbli biex jiġri s-Sibt li ġej fil-Preakness Stakes

Ir-rebbieħ tal-Kentucky Derby, Medina Spirit, huwa eliġibbli li jiġri s-Sibt li ġej tal-Preakness Stakes.

L-aħbar tawha il-Marylan Jockey Club.

Medina Spirit instab pożittiv għad-doping wara r-rebħa li kellu fil-Kentucky Derby fl-1 ta’ Mejju li għadda.

Fil-jiem li ġejjin ħerġien aktar riżultati fuq it-testijiet li saru fuq iż-żiemel.

Il-korsa Churchill Downs diġà qalet li jekk it-test pożittiv jiġi konfermat, Medina Spirit jitneżża mill-unur tiegħu filwaqt li t-trainer Bob Baffert jibqa’ sospiż milli jidħol f’kull korsa ta’ tiġrija oħra.

Miktub minn...
TVM Sport