Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Medina Spirit jirbaħ il-Kentucky Derby

Iż-żiemel Medina Spirit rebaħ it-tiġrija Kentucky Derby li saret ilbieraħ f’dik li hi magħqrufa aħjar bħala ir-‘Run of Roses’.

Misjuq minn John Velazquez, Medina Spirit mar fuq quddiem kmieni fit-tiġrija biex baqa’ jżomm fl-ewwel post sal-aħħar quddiem aktar minn 51,000 spettatur.

Dan kien l-aktar avveniment sportiv li kellu pubbliku jsegwi fl-Istati Uniti minn meta bdiet il-pandemija tal-COVID-19.

Din kienet ir-raba’ rebħa għall-ġerrej Velazquez f’tiġrija Triple Crown.

Miktub minn...
TVM Sport