Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Mishriff jirbaħ is-Saudi Cup

Iż-żiemel Mishriff rebaħ is-Saudi Cup, meqjusa bħala l-aktar tiġrija taż-żwiemel fid-dinja li fiha flus.

Mishriff kien misjuq mill-ġerrej Ingliż David Egan u saq bin-numru 11 u telaq mill-grada numru 12.

Mishriff ta’ 4 snin, taħt it-trainer Ingliż John Gosden, huwa ż-żiemel tal-Prinċep tas-Sawdi, Faisal bin Salman bin Abdulaziz Al Saud.

Mishriff kellu sprint qawwija fil-finali biex għadda lill-favorit Charlatan u rebaħ is-somma ta’ 20 miljun dollaru.

Fit-tielet post temm iż-żiemel Great Scot biex fir-raba’ post temm żiemel favorit ieħor, Knicks Go.

Sleepy Eyes Todd temm fil-ħames post.

 

Miktub minn...
TVM Sport