Żwiemel
Tiġrijiet taż-żwiemel: Wirja kbira mis-sewwieq Charles Camilleri fir-Russja

Illum wara nofsinhar is-sewwieq Malti Charles Camilleri ikkompeta fil-korsa ta’ Moska fir-Russja fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed.

Is-sitt sewwieqa parteċipanti, apparti l-Malti, kienu mir-Russja, mis-Serbja, minn Franza, mill-Italja u mill-Alġerija.

B’żiemel tajjeb, iżda skond it-trainer tiegħu, b’numru ħażin, Camilleri irnexxielu jieħu tluq mill-aqwa fejn mar fuq quddiem u kkontrolla mill-bidu sa l-aħħar tul id-distanza ta’ 1600 metru sabiex ħareġ rebbieħ biż-żiemel RAP.

Sagħtejn wara, is-sitt ġerrejja reġgħu saqu. Iż-żwiemel kienu l-istess iżda kull sewwieq bidel iż-żiemel fejn min kellu n-numru 1 ħa n-numru 6 li fisser li Charles Camilleri issa kellu jitlaq bin-numru 1 u ż-żiemel Caspian Sin. Sfortunatament, Camilleri seta’ biss jispiċċa fil-5 post bħalma kien għamel fl-ewwel heat it-Taljan Francesco La Rosa li inċidentalment ħareġ rebbieħ ukoll biż-żiemel li saq Charlie aktar kmieni.

Dan fisser li bħalma ġara fl-ewwel tappa, Malta u l-Italja akkwistaw l-istess ammont ta’ punti sabiex flimkien rebħu t-tieni tappa.

Charles Camilleri ġie ddikjarat u premjat bħala l-aqwa ġerrej tat-tieni tappa peress li fir-rebħa rreġistra ħin aħjar mit-Taljan Francesco La Rosa.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Matul dan il-lejl is-sewwieq Charles Camilleri telaq lejn Moska, ir-Russja, biex jipparteċipa fit-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li se ssir il-Ħadd 5 ta’ Awissu. Infakkru li l-ewwel tappa saret f’Malta kif…

Żwiemel

Nhar il-Ħadd li ġej filgħaxija jiġi fi tmiemu l-ewwel parti tal-istaġun tat-tiġrijiet hekk kif isiru s-seba’ finali tal-Kampjonat tas-Sajf. Din is-sena dan il-Kampjonat qed jiġi sponsorjat mill-Marsa Race Track Limited…

Sport Lokali

Fl-Isport Ekwestriju, rikkieba Maltija tagħmel success f’kompetizzjoni fi Sqallija. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni barra minn xtutna ta’ Stephanie Demanuele li ġiet fit-tieni post f’kompetizzjoni tal-qbiż. Stephanie Demanuele kienet akkumpanjata mill-kowċ…

Aktar