Żwiemel
Tiġrijiet taż-Żwiemel: Clint Vassallo għat-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran

Nhar is-Sibt fil-korsa ta’ Ploiesti r-Rumanija ssir it-tieni tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran bir-rappreżentant Malti jkun Clint Vassallo.

Vassallo ilu jsuq minn Jannar 2001 fejn b’kollox rebaħ 174 tiġrija. Is-sena l-oħra kien l-aħjar staġun s’issa għalih fejn rebaħ total ta’ 23 tiġrija u spiċċa fil-ħames post tal-klassifika għall-aqwa ġerrej tal-Malta Racing Club.

L-ewwel tappa ta’ dan il-Kampjonat saret Malta fil-31 ta’ Marzu bil-ġerrej Malti Noel Baldacchino joħroġ rebbieħ.  Din is-sena l-Kampjonat qed isir fuq ħames tapep fejn fil-11 t’Awissu issir ir-Russja, 23 t’Awissu Franza u 7 ta’ Diċembru Sqallija.

Vassallo huwa akkumpanjat mill-koordinator tal-midja u relazzjonijiet pubbliċi tal-Malta Racing Club Lorraine Cunningham.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Żwiemel

Id-19 il-edizzjoni tat-Tazza tal-President se ssir nhar il-Ħadd 27 t’Ottubru bl-aħħar dettalji jitħabbru llum wara nofsinhar fil-preżenza tas-sidien li għandhom it-tnax il-żiemel finalist. Din il-finali bħas-soltu se tkun taħt il-Patronċinju…

Żwiemel

Nhar il-Ħamis li ġej is-sewwieq Michael Ellul se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat Ewropew għas-Sewwieqa Amateurs li se jsir fil-korsa ta’ Dagfling fi Munich il-Ġermanja. Din hija l-ewwel darba…

Żwiemel

Tiġrijiet taż-Żwiemel: Riżultat mhux kif mistenni għal Charles Camilleri waqt ir-4 tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran li saret fil-korsa ta’ Cagnes-sur-Mer fi Franza il-Ġimgħa filgħaxija. Camilleri spiċċa fil-ħames post minn fost ħames…

Aktar