Tim Nazzjonali Malti – Lydon Micallef u Brooke Farrugia fl-iskwadra proviżorja

Il-kowċis tat-Timijiet Nazzjonali ta’ Malta tal-kbar u ta’ taħt il-21 sena, Pietro Ghedin u Silvio Vella, sejħu l-iskwadri proviżorji tagħhom għall-partiti li se jintlagħabu fil-ġimgħat li ġejjin.

Malta se tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra s-Slovakkja, f’Zilina, fl-erbgħa ta’ Settembru biex minn hemm il-kontiġent jibqa’ sejjer lejn Żagreb fil-Kroazja għall-ewwel partita valida minn Grupp H għall-Kampjonati Ewropej 2006, fi Franza.

Silvio Vella, li għalih se jkun l-ewwel impenn bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, se jkun qed jieħu post Ray Farrugia, li issa hu l-assistent ta’ Ghedin fit-tim nazzjonali A.

It-Tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena għandu l-aħħar partita minn Grupp 7 kontra t-Turkija, valida għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena li se jsiru fir-Repubblika Ċeka fl-2015.

Sadanittant l-iskwadra Nazzjonali proviżorja magħmula minn sitta u għoxrin plejer, tinkludi żgħażagħ li dan l-aħħar ġew promossi mill-iskwadra ta’ taħt il-21 sena, fosthom Zach Muscat, Lydon Micallef, Brooke Farrugia, Ryan Scicluna u Jean Paul Farrugia.

Skwadra Nazzjonali – Gowlkipers – Justin Haber, Andrew Hogg, Nicholas Vella, Glenn Zammit

Difensuri – Andrei Agius, Steve Bezzina, Steve Borg, Ryan Camilleri, Jonathan Caruana, Clayton Failla, Justin Grioli, Zach Muscat

Midfielders – Andrew Cohen, Paul Fenech, Ryan Fenech, Brooke Farrugia, Edward Herrera, Bjorn Kristensen, Rowen Muscat, Lydon Micallef, Steve Pisani, Andre’ Schembri, Ryan Scicluna

Attakanti – Michael Mifsud, Jean Paul Farrugia, Terence Vella.

Skwadra Nazzjonali ta’ taħt il-21 sena :- Gowlkipers – Calleja Cremona Matthew, Cini Yenz, Jurgen Borg

Difensuri – Cutajar John Louis, Emanuel Briffa, Attard Cain, Grech Christian, Tanti Keith, Borg Sacha

Midfielders – Pisani Jurgen, Tabone Desira Timothy, Borg Clyde, Kurt Zammit, Camenzuli Ryan, Borg Antoine, Bezzina Johann, Cremona Llywelyn

Attakanti – Agius Terrance, Cesare Kyle, Micallef Ryan, Montebello Luke.

Miktub minn...
Rodney Vassallo