Futbol lokali
Tim nazzjonali Malti: Ray Farrugia jsejjaħ 26 plejer għall-partiti kontra l-Kosovo u l-Gżejjer Faroe
Ray Farrugia, kowċ tat-tim nazzjonali Malti, sejjaħ skwadra ta’ 26 plejer għall-aħħar żewġ partiti li Malta jmissa tilgħab kontra l-Kosovo u l-Gżejjer Faroe fis-17 u l-20 ta’ Novembru li ġej.
Malta qiegħda fi Grupp D3 tal-UEFA Nations League u fil-grupp ukoll hemm l-Ażerbajġan.
Fit-tim nazzjonali jirritornaw Zach Muscat u Luke Gambin filwaqt li Dunstan Vella u Kyrian Nwoko, li kienu jagħmlu parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, issejħu mat-tim tal-kbar.
Fit-tim ukoll, Jonathan Caruana, plejer ta’ Valletta li se jkun qed jagħmel ir-ritorn wara s-sospensjoni li kellu.
Għall-ewwel partita kontra l-Kosovo, Andrei Agius u Steve Borg mhux se jkunu fit-tim minħabba ammont ta’ karti sofor li ħadu fil-partiti li għaddew.
Malta kontra Kosovo tintlagħab is-Sibt 17 ta’ Novembru fis-18.00 filwaqt li l-partita kontra l-Gżejjer Faroe tintlagħab tlett ijiem wara fid-20.45.
Iż-żewġ partiti jintlagħbu fl-istadium nazzjonali u jixxandru dirett fuq TVM2.
L-iskwadra Maltija hi din:

GOWLKIPERS
Henry Bonello (Valletta); Andrew Hogg (Hibernians); Steve Sultana (Balzan)

DIFENSURI
Andrei Agius (Hibernians)*; Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs); Steve Borg (Valletta)*; Ryan Camilleri (Valletta); Jonathan Caruana (Valletta); Clayton Failla (Floriana); Joseph Mbong (Hibernians); Zach Muscat (US Pistoiese, Italy); Joseph Zerafa (Valletta).

MIDFIELDERS
Roderick Briffa (Gżira United); Juan Corbalan (Gżira United); Paul Fenech (Birkirkara); Jake Grech (Birkirkara); Bjorn Kristensen (Hibernians); Rowen Muscat (Valletta); Stephen Pisani (Floriana); Dunstan Vella (Hibernians)

ATTAKKANTI
Andrew Cohen (Gżira United); Alfred Effiong (Balzan); Luke Gambin (Crawley Town, England); Michael Mifsud (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta); Andrè Schembri (Apollon Limassol, Cyprus)

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex-referee Jude Amin Utulu tkeċċa mill-Malta Football Association wara li kiser ir-regolamenti tal-istess assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni kkomunikata llum inħarġet mis-sotto-bord dixxiplinarju tar-referees fi ħdan l-MFA, wara sensiela ta’ smiegħ dixxiplinarji. Id-deċiżjoni…

Futbol lokali

Debutt b’telfa ta’ 1-0 kontra Franza għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro Under 19. Il-logħob kollu tal-grupp li fih ukoll il-Belġju…

Futbol lokali

Il-membri tal-kunsill tal-Malta Football Association ingħataw dettalji tar-rekwiżiti ġodda tal-UEFA għal-liċenzjar ta’ clubs għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Fost l-emendi għar-regolamenti ssemma’ li l-clubs li japplikaw għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA jridu jagħmlu testijiet mediċi lill-players…

Aktar