Futbol lokali
Tim nazzjonali Malti: Ray Farrugia jsejjaħ skwadra ta’ 25 plejer għall-partiti kontra l-Gżejjer Faroe u Spanja

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray ‘Żażu’ Farrugia, ħabbar l-iskwadra proviżorja għaż-żewġ partiti li Malta trid tilgħab lejn l-aħħar tax-xahar kontra l-Gżejjer Faroe u Spanja, fl-istadium nazzjonali, f’Ta’ Qali.

L-iskwadra għandha 25 plejer u fost oħrajn, tara lura fiha lill-gowlkiper Justin Haber.

Malta tiftaħ l-impenji tagħha tal-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni EURO 2020 kontra l-Gżejjer Faroe fit-23 ta’ Marzu u fis-26 ta’ Marzu, tilgħab l-aktar partita mistennija fil-grupp kontra Spanja.

L-iskwadra tinkludi uċuħ ġodda bħal Matthew Guillaumier u Kurt Zammit ta’ Birkirkara, Karl Micallef ta’ Hamrun Spartans u Nikolai Muscat ta’ Gżira United.

Luke Montebello, John Mintoff u Leighton Grech reġgħu ssejħu fit-tim.

Nieqsa mill-iskwadra hemm Andrew Hogg, Luke Gambin, Jurgen Degabriele u Jean Paul Farrugia, kollha minħabba injuries.

L-iskwadra kompluta ta’ Malta hi din:

GOALKEEPERS
Henry Bonello (Valletta); Justin Haber (Gżira United); Nicky Vella (Pietà Hotspurs).

DIFENSURI
Andrei Agius (Hibernians); Steve Borg (Valletta); Ryan Camilleri (Valletta); Jonathan Caruana (Valletta); Joseph Mbong (Hibernians); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Nikolai Muscat (Gżira United); Zach Muscat (SC Olhanense, Portugal); Joseph Zerafa (Valletta).

MIDFIELDERS
Juan Corbalan (Gżira United); Paul Fenech (Balzan), Jake Grech (Hibernians); Leighton Grech (Senglea Athletic); Matthew Guillaumier (Birkirkara); Bjorn Kristensen (Hibernians); John Mintoff (Sliema Wanderers); Rowen Muscat (Valletta); Dunstan Vella (Hibernians); Kurt Zammit (Birkirkara).

ATTAKKANTI
Michael Mifsud (Birkirkara); Luke Montebello (Birkirkara); Kyrian Nwoko (Valletta).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

GFA Gozo Football League l-Ewwel Diviżjoni 2018/19 Fl-erbgħa logħbiet mis-sittax-il ġurnata tal-kampjonat it-timijiet ta’ quddiem Victoria Hotpurs u Nadur Youngsters kisbu rebħiet bi skor kbir filwaqt li bir-riżultati tal-logħbiet l-oħra,…

Futbol lokali

Victoria Hotspurs żammew is-sitt punti vantaġġ fuq l-eqreb avversarji fil-quċċata tal-BOV Gozo Football League l-1 Diviżjoni b’rebħa kbira ta’ 8-0 fuq it-team tal-qiegħ Munxar Falcons. Għall-Hotspurs erba’ goals minn Elton…

Aktar