Futbol lokali
Tim Nazzjonali Malti taħt il-21 sena: Telfa minima kontra l-Bosnia Herzegovina

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena lagħab it-tieni logħba tiegħu matul dan it-training camp li qed isir fil-Kroazja fejn tilef bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-Bosnia Herzegovina.

Wara li l-Maltin tilfu penalty fit-13 il-minuta minn Ayrton Attard , l-Bosnia skurjaw il-gowl tar-rebħa fl-54 minuta.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League