Futbol lokali
Tim nazzjonali Malti tan-nisa: Telfa minima ta’ 1-0 kontra l-Estonja

It-tim nazzjonali tan-nisa kellu telfa minima kontra l-Estonja fl-ewwel partita ta’ ħbiberija minn tnejn li ntlagħbet illum wara nofsinhar fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

Il-gowl tar-rebħa tal-Estonja ġie skurjat minn Katrine Loo, disa’ minuti mit-tmiem.

It-tieni partita bejn it-tnejn tintlagħab il-Ħamis fis-6.30pm fis-Centenary Stadium.

Miktub minn...
TVM Sport