Futbol lokali
Tim nazzjonali Malti U21: Silvio Vella jsejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għal żewġ partiti ta’ ħbiberija

Il-kowċ nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ swadra ta’ 20 plejer għaż-żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra t-Turkmenistan fit-22 ta’ Marzu u l-Kosovo erbat ijiem wara.

Iż-żewġ partiti se jintlagħbu fit-Turkija fiż-żmien li t-tim nazzjonali jkun għall-‘training camp’.

Dawn iż-żewġ partiti se jservu ta’ preparazzjoni għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni minn Grupp 8 li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, ir-Rumanija, l-Ukrajna, il-Finlandja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Fit-tim hemm ħames plejers ġodda.

L-iskwadra sħiħa hi din:

GOALKEEPERS

Timothy Aquilina (Sliema Wanderers), Andreas Vella (Mosta).

DIFENSURI

Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Connor Zammit (Hibernians), Zachary Cassar (Senglea Athletic), Michele Sansone (Sliema Wanderers), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta).

MIDFIELDERS

Myles Beerman (Gżira Utd), Gary Camilleri (Senglea Athletic), Neil Frendo (OFK Beograd), Marcus Grima (Barnsley), Russell Fenech (Sirens), David Xuereb (Hibernians), Aidan Jake Friggieri (St Andrews), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Jan Tanti (San Ġwann).

ATTAKKANTI

Zachary Brincat (Mosta), Omar Elouni (Sliema Wanderers).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Futbol lokali

Kwalifikazzjoni kampjonat Ewropew tan-Nisa taħt is-17 -il sena UEFA 2020. Illum it-team Malti mmexxi mill-kowċ Dorianne Theuma tilef bl-iskor ta’ 6-0 kontra Franza fl-ewwel logħba ta’ Grupp Ċ. Sa tmiem l-ewwel taqsima…

Aktar