Futbol lokali
Tim nazzjonali Malti U21: Telfa kerha ta’ 5-1 kontra d-Danimarka

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI

DANIMARKA….5

MALTA…………..1

Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew.

L-Iskandinavi fil-vantaġġ wara 32 sekonda minn gowl ta’ Jacob Bruun Larsen u tliet minuti wara jirduppjaw b’gowl ieħor ta’ Victor Nelsson.

Mal-kwarta logħob l-iskor isir 3-0 b’gowl ieħor ta’ Jens Odgaard. Fl-40 minuta id-Daniżi jiskurjaw ir-raba’ gowl minn penalty ta’ Jacob Bruun Larsen.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-Maltin skurjaw gowl mill-isbaħ minn xutt b’saħħtu ta’ Nicholas Pulis li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.

Fit-tieni taqsima, id-Danimarka skurjaw il-ħames gowl tagħhom fid-67 minuta minn Andreas Olsen.

Id-Daniżi issa saħħew l-ewwel post bi 15-il punt. Il-partita ntlagħbet f’Aalborg Stadium.

Danimarka :- Oliver Christensen, Andreas Poulsen (Mads Emil Madsen 46), Victor Nelsson (Japhet Sery 77), Jacob Sorensen, Andreas Olsen, Jens Odgaard, Jacob Bruun Larsen (Anders Dreyer 64), Mikkel Damsgaard (Morten Hjulmand 46), Nikolai Laursen (Nicolas Madsen 63), Magnus Andersen, Mads Rasmussen.

Malta :- Andreas Vella, Nicky Pulis, Zachary Grech, Matthew Guillaumier, Kurt Shaw, Jean Borg, Marcus Grima (Jan Tanti 74), Jamie Zerafa, Zachary Brincat (Omar Elouni 92), Nevin Portelli (Aidan Friggieri 87), Myles Beerman (Jan Busuttil 74).

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-klabb tal-Premier Santa Lucia nieda kampanja kontra r-razzismu bl-isem ta’ ‘Football has no Skin Tone’. L-għan aħħari ta’ din il-kampanja hu li ssir ġlieda bla preċident kontra r-razzismu fil-futbol lokali….

Futbol lokali

Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd tmien logħbiet mir-Raba Round tal-FA Trophy, għada Birkirkara jiltaqgħu kontra Mosta. Erbgħa logħbiet is-Sibt fis-Centenary Stadium Pieta Hotspurs jilgħabu kontra Xewkija Tigers, Pembroke Athleta kontra Hibernians,…

Futbol lokali

Bejn is-Sibt u t-Tnejn issir ukoll it-TipSport Malta Cup fl-Istadium Nazzjonali biz-zewġ semifinali is-Sibt, fil-ħdax ta’ filgħodu dwell bejn zewg teamijiet Ċeki FC Zbrojovka Brno u Banik Ostrava, warajha FK…

Futbol lokali

Paul Zammit inħatar kowċ ġdid ta’ Gzira United F.C. wara ftehim milħuq il-Ħamis filgħodu mal-President tal-klabb Sharlon Pace. Paul Zammit se jieħu post it-Taljan Giovanni Tedesco li spiċċa mill-kariga wara…

Aktar