X

Tim nazzjonali Malti U21: Telfa kerha ta’ 5-1 kontra d-Danimarka

Story Published

KAMPJONAT EWROPEW U21 – GRUPP 8 TA’ KWALIFIKAZZJONI

DANIMARKA….5

MALTA…………..1

Telfa kerha għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra d-Danimarka bi skor ta’ 5-1 f’partita minn Grupp 8 ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew.

L-Iskandinavi fil-vantaġġ wara 32 sekonda minn gowl ta’ Jacob Bruun Larsen u tliet minuti wara jirduppjaw b’gowl ieħor ta’ Victor Nelsson.

Mal-kwarta logħob l-iskor isir 3-0 b’gowl ieħor ta’ Jens Odgaard. Fl-40 minuta id-Daniżi jiskurjaw ir-raba’ gowl minn penalty ta’ Jacob Bruun Larsen.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-Maltin skurjaw gowl mill-isbaħ minn xutt b’saħħtu ta’ Nicholas Pulis li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.

Fit-tieni taqsima, id-Danimarka skurjaw il-ħames gowl tagħhom fid-67 minuta minn Andreas Olsen.

Id-Daniżi issa saħħew l-ewwel post bi 15-il punt. Il-partita ntlagħbet f’Aalborg Stadium.

Danimarka :- Oliver Christensen, Andreas Poulsen (Mads Emil Madsen 46), Victor Nelsson (Japhet Sery 77), Jacob Sorensen, Andreas Olsen, Jens Odgaard, Jacob Bruun Larsen (Anders Dreyer 64), Mikkel Damsgaard (Morten Hjulmand 46), Nikolai Laursen (Nicolas Madsen 63), Magnus Andersen, Mads Rasmussen.

Malta :- Andreas Vella, Nicky Pulis, Zachary Grech, Matthew Guillaumier, Kurt Shaw, Jean Borg, Marcus Grima (Jan Tanti 74), Jamie Zerafa, Zachary Brincat (Omar Elouni 92), Nevin Portelli (Aidan Friggieri 87), Myles Beerman (Jan Busuttil 74).