Futbol lokali
Tim nazzjonali Malti U21: Telfa ta’ 4-0 kontra l-Finlandja

Telfa għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kontra l-Finalndja bi skor ta’ 4-0.

Il-partita kienet valida mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni, Grupp B għall-kampjonati Ewropej ta’ din il-kategorija.

Sa tmiem l-ewwel taqsima, t-tim nazzjonali kien minn taħt 3-0 biex fit-tieni taqsima l-Iskandinavi żiedu gowl ieħor.

Flimkien ma’ Malta u l-Finlandja, fl-istess grupp hemm l-Ukrajna, id-Danimarka, l-Irlanda Ta’ Fuq u r-Rumanija.

Il-partita ntlagħbet fil-Veritas Stadion, f’Turku.

Ir-referee tal-partita kien Robert Ian Jenkins ta’ Wales.

Miktub minn...
TVM Sport