Futbol internazzjonali
Tim Nazzjonali taħt il-21 Sena: Illejla Ukrajna-Malta

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jerġa jkun fl-azzjoni llejla f’logħba minn Grupp 8 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2021.

Wara d-draw prestiġjuż kontra l-Irlanda ta’ Fuq nhar il-Ħamis li għadda, l-moral fl-iskwadra huwa wieħed għoli. Iżda l-avversarji l-Ukrajna għadhom friski mis-suċċess li kisbu fis-sajf li għadda bir-rebħ tal-kampjonat tad-dinja ta’ taħt l-20 sena fejn f’din l-iskwadra hemm xejn anqas minn għaxar players li rebħu dan l-unur.

Il-kowċ Malti Silvio Vella stqarr li kull logħba ser tkun diffiċli konxji mill-qawwa tat-timijiet li jiffurmaw Grupp 8. Iżda l-ispirtu t’għaqda fid-dressing room jimlih b’ottimiżmu għal din il-logħba diffiċli.

L-Ukrajna ġejjin minn telfa xejn mistennija kontra l-Finlandja f’darhom nhar il-Ġimgħa li għaddiet u b’hekk iridu jpattu għal dan id-diżappunt f’logħba li huma ddominaw iżda spiċċaw fuq in-naħa telliefa.

Ukrajna -Malta għada f’Zaporozhye tibda fil-5.30 ta’ wara nofs in-nhar.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

F’laqgħa mad-diriġenti ta’ Inter, il-kowċ Antonio Conte għamel lill-attakant Franċiż Olivier Giroud bħala prijorita’ fis-suq tat-trasferimenti f’Jannar. Wara l-injury li sofra l-attakkant Ċilen Alexis Sanchez, Inter jinsabu jfittxu attakkant sabiex…

Futbol internazzjonali

L-Attakant Żvediż Zlatan Ibrahimovic ħabbar fuq l-mezzi tal-midja soċjali li se jkun qed itemm l-esperjenza tiegħu fl-Istati Uniti ma’ La Galaxy. Ibrahimovic irringrazzja lil kull min kien parti minn din…

Futbol internazzjonali

Lejlet il-logħba ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonat tal-Ewropa 2020 kontra l-Moldova, il-players tat-tim nazzjonali Franċiż osservaw minuta silenzju b’rispett lejn il-vittmi tal-attakki terroristiċi tat-13 ta’ Novembru 2015. Dak in-nhar militanti splodew bombi…

Aktar